Welcome. Today is


Untitled Document

Aġġornat it-Tlieta 2 taDiċembru 18:15

 

 

  • Il-Gvern u l-Oppożizzjoni huma fuq l-istess linja taħsieb dwar bosta proposti dwar ir-riforma tal-Kunsilli Lokali. Skond is-Segretarju Parlamentari Chris Said dan hu element pozittiv ħafna u jawgura tajjeb għal meta l-proposti għal tibdiliet fil-liġi jigu diskussi bejn iz-zewġ Partiti fil-Parlament.
  • L-AwtoritataMalta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tinsab fil-fażi li tiffinalizza l-abbozz taproposti dwar il-klassifikazzjoni tat-toroq fiż-Żoni taKonservazzjoni Urbana qabel ma toħroġhom għall-konsultazzjoni pubblika.
  • Tkompli teslkala l-kwistjoni bejn il-Union Maltija ta’ l-Għalliema u l-Konferderazzjoni tat-trejd unions Maltin bl-MUT issotni li ebda theddid ta’ “Sospensjonim’hu se jżommha milli tiddefendi l-ħaddiema u l-pensjonanti.
  • L-MUMN esprimiet solidarjeta shiha mal-MUT. Sostniet li f’dan iż-żmien ekonomiku diffiċli li għaddejja minnhu d-dinja t-trejdunions aktar minn qatt qabel ghandhom jinghaqdu taht struttura gdida sabiex flimkien iharsu l-interessi tal-membri u l-familji taghhom.
  • Madwar 59% tad-djar f’Malta kellhom aċċess għall-internet fl-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena. Dan huwa punt perċentwal anqas mill-medja fis-27 pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea. Fil-fatt l-aċċess għall-internet fl-Unjoni Ewropea kien ivarja minn 25% fil-Bulgarija għal 86% fl-Olanda.
  • Il-kumpanija Emirates illum bdiet topera titjira kuljum ghal Malta u Cipru, biex b’hekk ghamlet dawn iz-zewg gzejjer fil-Mediterran aktar attraenti ghall-passiggieri mill-Emirati Gharab Maghquda u lil hinn minnhom.
  • Fit-Tajlandja, dimostranti kontra l-Gvern qablu li jtemmu l-okkupazzjoni taż-żewġ ajruporti taBangkok, b’tali mod li għexieren taeluf l-eluf taturisti maqbuda fit-Tajlanda se jkunu jistgħu jitilqu mill-pajjiż.
  • Qorti fl-Iraq tat ikkundannat għall-mewt lil Ali Hassan Al Majid, magħruf ukoll bħala Chemical Ali, għar-rwol tiegħu fil-ħidma biex twaqqaf irvell tax-Xiiti fl-1991.

 

  • It-temp: Pjuttost imsaħħab b'ħalbiet tax-xita li jistgħu jkunu bir-ragħad iktar tard. L-ogħla temperatura: 17˚c

 

Website Visitors Web Counter